Il-kantanta Maltija Ina Robinich qasmet messaġġ personali u mimli riflessjoni hekk kif iċċelebrat għeluq is-47 sena tagħha.
F’post li tellgħet fuq il-midja soċjali, Ina qalet li s-snin donnhom għaddew bħal ħolma, filwaqt li rringrazzjat lil Alla għas-snin li għaddiet u għan-nies li għandha madwarha.
Hija kitbet, “O Mulej kif għaddew 47 sena bħal ħolma. Imma f’dawn is-snin kollha rnexxieli niġbor ħafna familjari u ħbieb sbieħ madwari. Grazzi Mulej li sliftni sena oħra. Issa nagħmel ħilti biex din is-sena tkun aħjar milli għaddiet. Daqt ser nerġa’ nibda niffaċċja l-problema li nżomm il-maktur u nimsaħ ħalqi, hekk qed jgħidli dan ir-ritratt. Grazzi lilkom kollha tal-awguri.”
Fil-messaġġ tagħha, Ina esprimiet kemm tħossha grata għall-familja u l-ħbieb li għandha madwarha, filwaqt li b’ton umoristiku għamlet referenza wkoll għar-ritratt li tellgħet mal-post.
Il-post tagħha ġibed diversi kummenti ta’ awguri mingħand segwaċi u ħbieb li ngħaqdu magħha biex jiċċelebraw dan il-jum speċjali.
F’isem it-tim ta’ Gwida, nawgurawlha l-isbaħ xewqat f’dan il-jum għażiż!