Illum tiċċelebra għeluq sninha Therese Ann Cachia! Therese Ann għalqet 40 sena u lbieraħ kellha ċelebrazzjoni ħelwa ma’ dawk l-aktar għeżież għaliha.
F’dan il-jum tibda billi tgħid, “Grazzi Mulej ta’ kull ġurnata… Kul tagħlima… kull persuna li bagħtli f’ħajti. Inwegħdek li nibqa’ saqajja mal-art u nferraħ in-nies sakemm tħallini għax dak hu dak li nħobb. Li jkolli f’qalbi jien, dak xi ħaġa oħra, dak niġġieldulu għax hekk hemm bżonn.”
Therese Ann tkompli tgħid li fl-aħħar mill-aħħar, “Il-karattru jagħmlek dak li int. Mela għix ħobb u tbissem.” F’jum għeluq sninha hi ttemm tgħid, “Bħal-lum twieldet hi x’biża'”
F’isem it-tim ta’ Gwida.mt, nawguraw lil Therese Ann l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollha jum mimli b’dak kollu li tixtieq qalbha. Awguri minn qalbna.