“Grazzi Nadia Ta’ Dak Li Għamilt Għalija” – Daniel Borg Cardona Jibki T-Telfa Tal-Għażiża Oħtu Li Ħalliet Din Id-Dinja

Ilbieraħ, Daniel Borg Cardona qasam messaġġ emozzjonanti ħafna fuq il-midja soċjali tiegħu, fejn ħabbar il-mewt ta’ oħtu, Nadia.

Fil-messaġġ tiegħu, Daniel iddeskrivi lil oħtu bħala “sabiħa u tal-għaġeb” u esprima d-dwejjaq kbir tiegħu għat-telfa tagħha età daqstant żgħira. Huwa kiteb li se jimmissjaha immens, u rringrazzjaha għal dak kollu li għamlet miegħu tul ħajjitha.



Daniel ammetta wkoll b’sinċerità li jiddispjaċih għall-ħin mitluf, filwaqt li talab lil oħtu biex tħarishom minn fejn tinsab u tgħinhom jerġgħu jingħaqdu bħala familja.



Il-messaġġ qanqal ħafna reazzjonijiet ta’ solidarjetà u kondoljanzi mingħand il-pubbliku, li wrew l-appoġġ tagħhom lil Daniel u lill-familja tiegħu f’dan il-mument diffiċli ħafna.

F’isem it-tim ta’ Gwida, insellmu l-memorja għażiża tagħha u nitolbuha tkompli tħarishom minn fejn tinsab. Strieħ fis-sliem għażiża.



Ritratti:

Facebook / Daniel Borg Cardona

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI