“Grazzi Pa Ta’ Kemm Tagħmel Għalina U Tal-Valuri Sbieħ Li Tajtna Flimkien Ma’ Ommna… Inħobbuk Ħafna” – Il-Preżentatur Nigel Vella

Nigel Vella

Illum huwa jum speċjali għal missier il-preżentatur Nigel Vella, hekk kif qed jiċċelebra għeluq sninu. Nigel ħa ħsieb jiktiblu messaġġ fejn juri l-gratitudni tiegħu lejh, u anke jesprimi kemm japprezza l-valuri u l-eżempji sbieħ li għadda.

“Illum jum speċjali għall-familja tagħna. Jagħlaq żmienu missieri Joe. Grazzi Pa ta’ kemm tagħmel għalina u tal-valuri sbieħ li tajtna flimkien ma’ ommna. Jgħidu li nixbħu naqra… Awguri Pa, inħobbuk ħafna”

Qasam ritratt flimkien ma’ missieru għall-okkażjoni, u kienu bosta l-ħbieb u segwaċi ta’ Facebook li kkummentaw biex jgħaddu x-xewqat sbieħ.

Awguri mill-qalb lil missier Nigel!







Ritratti:

Facebook/ Nigel Vella

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI