Marika Caruana Smith ħalliet messaġġ fuq il-midja soċjali tagħha tirringrazzja lil dawk kollha li awgurawlha f’għeluq sninha. Il-preżentatriċi għalqet 47 sena fl-1 ta’ Lulju. Hi qalet li ilha għal dawn l-aħħar 47 sena tiċċelebra l-ħajja, il-vjaġġ tagħha, l-istorja tagħha, il-familha u l-ħbieb u wkoll l-imħabba.
Hi għaddiet ir-ringrazzjament tagħha lil kull minn għaddielha l-awguri tiegħu. Marika tgħid, “Għamiltu għeluq sninu ferm speċjali. Inħossni mbierka, grata u maħbub!” Fil-messaġġ tagħha tgħaddi wkoll ir-ringrazzjament lil raġel f’ħajjitha li għamel din il-ġurnata aktar speċjali u memorabbli.
Hi tagħlaq bil-messaġġ, “Wara kollox l-età hija biss numru! U lkoll għandna nħossuna mbierka li ninsabu ħajjin!”
Robert Camilleri – Facebook / Marika Caruana Smith