“Grazzi Spiru Għal Kull M'Għamilt, Issa Qiegħed Tgawdi Lill-Ħallieq Għal Dejjem” – Wirt Iż-Żejtun

Fuq il-paġna Wirt Iż-Żejtun inkitbu kelmtejn li jsellmu b’qalb maqsuma l-memorja ta’ Spiridione Buttigieg, fejn irringrazzjawh tas-servizz tiegħu fil-purċissjoni li dejjem għamlu mill-qalb.

Huma kitbu, “Illum iż-Żejtun tilef persunaġġ ieħor li dejjem ħabrek sabiex iżomm lil din Beltna fuq quddiem. Spiridione Buttigieg kien persuna sinonima mall-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira fiż-Żejtun u tista’ tgħid li minn sena għal sena kien jgħix għaliha.”





Żiedu jgħidu, “Grazzi Spiru għal kull m’għamilt, issa qiegħed tgawdi lill-ħallieq għal dejjem. Strieħ fis-sliem. Inwasslu l-kondoljanzi lil martu u lil qrabatu.”

Inżommu fit-talb tagħna lil Spiridione Buttigieg u lill-familja u l-ħbieb tiegħu f’dan iż-żmien tant diffiċli. Jistrieħ fis-sliem u l-paċi.

Facebook / Wirt Iż-Żejtun



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI