“Grazzi Ta’ Dak Kollu Li Tagħmel Miegħi Ta’ Kuljum U Tal-Memorji Sbieħ” – L-MP Bernice Bonello Lil Ommha F’Għeluq Sninha

Lydia Bonello

Il-Membru Parlamentari Bernice Bonello kitbet awgurju speċjali għal persuna għażiża f’ħajjitha, li dejjem sabitha warajha f’kull pass, l-għażiża ommha. Illum qed tiċċelebra għeluq sninha.   

“Awguri mill-qalb lil ommi Lydia Bonello f’għeluq sninha. Grazzi ta’ dak kollu li tagħmel miegħi u tal-memorji sbieħ li għamilna flimkien,” tikteb Bernice. Xerrdet ritratt flimkien ma’ ommha għall-okkażjoni, fejn fil-kummenti kienu bosta li bagħtu x-xewqat sbieħ tagħhom. 

It-tim ta’ Gwida.mt jawgura lil omm Bernice l-isbaħ xewqat mill-qalb. Nixtiqulha ħafna affarijiet sbieħ illum u dejjem.







Ritratti:

Facebook/ Bernice Bonello

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI