“Grazzi Ta’ Dak Kollu Li Tagħmel U Tal-Appoġġ Kollu Li Tagħtini” – Ylenia Testa Spiteri Lil Żewġha Daniel

Daniel Testa Spiteri

Illum jaħbat għeluq snin il-preżentatur tar-radju Daniel Testa Spiteri, li narawh f’diversi okkażjonijiet jippreżenta ma’ martu l-preżentatriċi, Ylenia Testa Spiteri.

Għall-okkażjoni Ylenia kitbitlu kelmtejn mill-qalb biex tesprimi kemm tapprezzah u kemm iffisser għaliha dak kollu li jagħmel.

“Awguri f’għeluq id-29 sena lill-bniedem favorit tiegħi. Is-sieħeb tiegħi f’kulma nagħmel! Grazzi ta’ kulma tagħmel u tal-appoġġ kollu li tagħtini (anke meta nkun ħa ntelliflek il-paċenzja). Il-ħajja miegħek hija tal-għaġeb, u ninsab eċitata ħafna għal dak kollu li se ġġib magħha din is-sena hekk kif nibdew l-avventura sabiħa li jmiss tagħna flimkien. Inħobbok ħafna.”

Qasmet diversi ritratti u mumenti indimentikabbli tagħhom flimkien biex tiċċelebra lil waħda mill-għeżeż persuni f’ħajjitha.

Awguri mill-qalb Daniel f’isem it-tim ta’ Gwida.mt!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI