“Grazzi Ta’ Kemm Daħħaktna!” – Illum L-Attur George Micallef Kien Jagħlaq Sninu Kieku Għadu Fostna

Kieku l-attur komiku George Micallef għadu fostna llum kien ikun qed jiċċelebra għeluq sninu.

Matul il-karriera mżewqa tiegħu George ħa sehem f’numru kbir ta’ produzzjonijiet fosthom Il-Madonna taċ-Ċoqqa, KC, L-Aħwa Scicluna Briffa kif ukoll Ingroppi.

Madankollu żgur li jibqa’ magħruf l-iżjed għas-sehem ewlieni tiegħu fis-sensiela komika Fredu l-Fra fejn maġenbu kien hemm ukoll ħuh l-attur Mario Micallef li kien għamel il-parti ta’ Patri Pupull.

F’din il-ġurnata fakkar il-memorja tiegħu fuq il-midja soċjali l-istazzjon tar-radju Calypso li faħħar il-ħila li kellu l-attur li jnissel tbissima fost l-udjenza Maltija u esprima sens ta’ gratitudni għal dan.



Strieħ fis-sliem, George!





Ritratti:

Facebook / Calypso Radio 101.8 u Facebook / Mario Micallef

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI