“Grazzi Ta’ Kollox Mhix Biżżejjed. Inħobbok Ħafna B’Qalbi Kollha” – Malcolm Pisani B’Awgurju Lil Ommu F’Għeluq Sninha

Illum juwa jum speċjali immens għal persuna għażiża għall-kantant Malti Malcom Pisani, hekk kif ommu qed tiċċelebra għeluq sninha. Huwa awguralha f’dan il-jum permezz ta’ kitba ħelwa fuq il-paġa tiegħu ta’ Facebook.

Malcolm jesprimi kemm japprezza l-appoġġ li kienet u għadha turih f’kull pass li jagħmel. Jesprimi kemm iħobbha u kemm hu grat lejha.

“Awguri Mama. Jien min jien grazzi għalik. Grazzi ta’ kollox mhix biżżejjed. Inħobbok ħafna b’qalbi kollha,” jikteb Malcolm. Qasam ritratti li għandu flimkien magħha, għall-okkażjoni.

It-tim ta’ Gwida.mt jixtieq jawgura lil omm Malcolm f’dan il-jum tant speċjali u nittamaw li jkollha ġurnata mill-isbaħ. Nawgurawlha ħafna affarijiet sbieħ illum u dejjem!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI