“Grazzi Ta’ Kull Tagħlima, Ta’ Kull Tgħanniqa U Tal-Valuri B’Saħħithom Li Sawwart Fina” – Dr. Lydia Abela

Dr. Lydia Abela fuq il-mezzi soċjali tagħha tawgura lill-għażiż missierha, f’għeluq sninu u taqsam ritratt miegħu f’dan il-jum speċjali. Hi tikteb,”Illum niċċelebraw lilek, Pa. Grazzi ta’ kull tagħlima, ta’ kull tgħanniqa u tal-valuri b’saħħithom li sawwart fina minn età ċkejkna.”



Hi żżid, “Is-sagrifiċċji siekta tiegħek, il-paċenzja bla tarf u l-imħabba kbira li dejjem tajtna huma l-akbar rigal li qatt stajna nirċievu. Illum u dejjem, grati immens lejk u kburin ħafna bik.”



F’isem it-tim ta’ Gwida nawgurawlu l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollu sena mimlija saħħa, hena u paċi f’qalbi flimkien mal-għażiża martu, uliedu u n-neputijiet li huma tant għeżież għalih.



Ritratti:

Facebook / Lydia Abela

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI