Illum tiċċelebra għeluq sninha l-kantanta bravissima Moira Stafrace, li għadha sal-lum timpressjona u tibrilla bit-talent tagħha. Hi tniedi diversi kanzunetti oriġinali.
Moira bla dubju tibqa’ msemmija għal meta rrappreżentat lil Malta fil-Eurovision Song Contest 1994 flimkien ma’ żewġha, il-mibki Chris Scicluna.
Dakinhar ġabu r-riżultat mill-isbaħ tar-raba’ post bil-kanzunetta li tibqa’ għal qalb il-Maltin u l-Għawdxin, More Than Love. Riċentament lil Moira rajnieha tipparteċipa fil-konkorsi Mużika Mużika u l-Malta Eurovision.
Fost dawk li awgurawlha kien hemm bintha Michela Scicluna li esprimiet kemm tfisser għaliha u kemm hi grata lejha.
“Happy Birthday lil ommi r-rockstar, Moira. Grazzi ta’ kulma tagħmel, talli dejjem iżżomm il-familja flimkien, talli tgħini fil-mumenti iebsin, u talli kantajna flimkien għall-ewwel darba.”
Awguri mill-qalb Moira! Nixtiqulek ħafna saħħa, hena, suċċessi u dak kollu li tixtieq qalbek!
Facebook/ Moira Stafrace