Kmieni dalgħodu permezz ta’ Twitter, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qasam l-aħbar mill-isbaħ li 122 infermiera flimkien ma’ 14-il qabla ingħaqdu mal-bqija tal-infermiera u l-qwiebel biex ikomplu joffru servizz tas-saħħa lill-pazjenti lokali.
Dawn huma żewġ professjonijiet importanti mmens u jkollna kemm ikollna minnhom, qatt mhu biżżejjed. Il-pandemija kienet prova ċara tal-importanza ta’ dawn iż-żewġ professjonijiet, fejn fi żmien ta’ sfidi kbar huma għenu sabiex iżommu l-popolazzjoni sigura u b’saħħtiha.
Il-Ministru kiteb, “grazzi tad-dedikazzjoni u x-xogħol li diġà bdejtu tagħmlu.” Aħna nawgurawlhom mill-qalb fil-ħidma tagħhom.
Facebook / Michael Farrugia