“Grazzi Tal-Imħabba U S-Sostenn F’dan Iż-Żmien Diffiċli” – Ashley Eric Peschel Jħabbar Il-Mewt Tal-Għażiż Missieru

B’qalb maqsuma, Ashley Eric Peschel qasam messaġġ profond u emozzjonanti fuq il-mezzi soċjali hekk kif ħabbar il-mewt tal-għażiż missieru Raymond.



“Missieri Raymond ħalla din id-dinja,” kiteb Ashley, waqt li rringrazzjah tal-imħabba u d-dedikazzjoni li dejjem wera bħala missier, nannu u żewġ ta’ ommu. Hu fakkar kif missieru kien dejjem hemm għalih, u b’mod speċjali talli għallmu jaqra u jħobb il-kotba, passjoni li Raymond kien jgħożż ħafna, minn stejjer tal-fantaxjenza sa thrillers.



Ashley qasam ukoll tifkiriet sbieħ dwar il-passatempi ta’ missieru, fosthom l-imħabba tiegħu għal-logħob tal-kompjuter, b’mod partikolari StarCraft, kif ukoll għall-films, is-serje televiżivi u l-futbol. B’mod li mess il-qlub ta’ bosta, irrakkonta wkoll kif Raymond saħansitra qara l-kotba kollha ta’ Konosuba sempliċement għax kien jaf kemm ibnu kien iħobbhom. “Nimmissjak ħafna missier,” temm b’kelmiet mimlijin niket.

Intant, f’messaġġ ieħor, il-familja ħabbret id-dettalji tal-funeral tal-għażiż Raymond. Iċ-ċelebrazzjoni tal-ħajja tiegħu se ssir nhar l-Erbgħa 28 ta’ Jannar, fis-14:00, fil-Paroċċa ta’ San Girgor, fejn il-familja u l-ħbieb se jinġabru flimkien fit-talb biex jirringrazzjaw għal ħajtu u jsellmulu tal-aħħar.



Il-familja temmet billi rringrazzjat lil kulħadd għall-messaġġi, it-telefonati, l-imħabba u s-sapport li rċeviet f’dan iż-żmien diffiċli, u sellmet lil Raymond b’tama u talb: jistrieħ fis-sliem ta’ dejjem.

F’isem it-tim ta’ Gwida, ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lil Ashley u lill-familja kollha tiegħu f’dan il-mument diffiċli.

Ritratti:

Facebook / Ashley Eric Peschel

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI