17-il sena ilu, id-dinja sfat maħsuda bl-aħbar li ħalla d-dinja l-artista mondjali Michael Jackson. Il-preżentatriċi Angie Laus tista' tgħid hija waħda mill-akbar fans kbar tiegħu.
Kull min xi darba jew oħra segwa xi intervista ta' Angie, jaf kemm tħobbu lil dan il-leġġenda. Żgur tiftakru r-reazzjoni tagħha waqt Ħadd Għalik per eżempju meta kienet tiġi xi kanzunetta tiegħu.
Ma setax jonqos li llum, proprju fil-jum li kien ħalla d-dinja tfakkar il-memorja tiegħu. "Grazzi tal-mużika Michael... illum u dejjem. Jistħoqqlok apoloġija mingħand id-dinja," tikteb Angie.
Insellmu l-memorja ta' dan il-leġġenda, li jibqa' f'qalbna lkoll. Grazzi tal-mużika, Michael!
Facebook/ Angie Laus