L-avukat Luke Dalli, illum jawgura lill-maħbuba tiegħu f’għeluq sninha permezz ta’ messaġġ profond ta’ mħabba fuq il-paġna tiegħu. Hu rringrazzjaha ta’ kull ma tagħmel miegħu u wera kemm verament japprezzaha.
Hu kitbilha, “Illum niċċelebraw lilek, l-omm inkredibbli, il-partner li tibqa’ warajja matul kollox, il-ħabiba li tagħti mingħajr ma tistenna xejn lura. Ir-ruħ sabiħa li timla kull kamra b’umilta`, imħabba, u altruwiżmu.”
Żied jgħid, “Grazzi talli bqajt int min int, xejn iżjed, xejn inqas. Għalina, dak diġa hu kollox. Inħobbok, awguri f’għeluq sninek!”
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlha mill-qalb f’din il-ġurnata speċjali. Nisperaw li jkollha ġurnata mill-isbaħ ma’ l-iktar għeżież tagħha u nawgurawlha għal sena oħra ta’ mħabba, hena, u saħħa!
Facebook / Luke Dalli