Il-preżentatur tal-Kwiżż Show ‘Mhux Kemm Taf’ u l-attur li jagħmilha tal-Lajf, Matthew Sant Sultana awgura lil missieru f’għeluq sninu. Robert, missier Matthew illum jagħlaq 50 sena iżda skont Matthew dan iridha ta’ 30. Tgħid għalhekk libsu tal-Lajf?
Lil missieru li jqisu bħala wieħed mill-akbar ħbieb tiegħu dejjem ra mingħandu mħabba u rispett. “Grazzi talli dejjem ħallejtni liberu f’dak kollhu li xtaqt nagħmel u kemm għallimtni biex inkun raġel …Naprezzah u nibqa’ nafulek” jgħidlu Matthew
Iżda jistqarr ukoll li għandu karattru kalm u relax minħabba l-għażiż missieru! Awguri Robert!
Tinsewx illejla ‘Min Imissu’ fuq ONE.