"Grazzi Talli Erfajt Dak It-Toqol Waħdek… Tara Dik It-Tbatija Kollha Quddiemek" – Nicholas Lin-Nanna Ta' Emily

Nicholas, kmieni dalgħodu beda b’lista ta’ ringrazzjamenti. “Ma nistax ma nwassalx dan ir-ringrazzjament mill-qalb għal kulma ġara f’dawn l-aħħar xhur. Dan kien kapitlu minn ħajti li żgur mhux se jintesa.”

Fost ir-ringrazzjamenti, Nicholas ir-ringrazzja wkoll lis-sit tagħna. Aħna nirringrazzjawh lura tal-koperazzjoni tiegħu u wkoll ta’ Vanessa, omm Emily li tawna l-ispazju nżommukom aġġornati bl-iżviluppi kollha.





Ir-ringrazzja lil Puttinu Cares u kull min kien parti miċ-ċelebrazzjoni ta’ ħajjet Emily. Nicholas ikompli jgħid, “Grazzi speċjali tmur ukoll għalik Vanessa Gatt ta’ kemm b’dedikazzjoni urejt kont xempju ta’ tama u għent lil ħafna nies għalkemm int kont dik l-omm li l-aktar kienet fil-bżonn.”

Hu jirringrazzja lill-familjari ta’ Emily u jgħaddi ringrazzjament speċjali lil omm Vanessa, Marisa. “Grazzi talli erfajt dak it-toqol waħdek… tara dik it-tbatija kollha quddiemek,” jikteb Nicholas fuq Marisa; Marisa kienet l-unika persuna li kienet ma’ Vanessa f’dawn l-aktar mumenti diffiċli ta’ ħajjithom.



Nicholas lejn l-aħħar jikteb, “U fl-aħħar nett, grazzi lil kull min ingħaqad magħna f’kull talb li tlabna għal Emily ta’ kuljum. Grazzi tal-messaġġi kollha ta’ kuraġġ. Nixtieq nagħlaq billi ngħid Issa ghandna qaddisa fis sema, issa imiss li titolbu lilha biex tħariskom.”

Hu jagħlaq bil-kliem mill-isbaħ, “Grazzi Emily li bit-tbatija tiegħek għaqqadtna lkoll fit-talb u għallimtna ngħixu kif aħjar u napprezzaw aktar il-ħajja. Inħobbuk għal dejjem għażiża tagħna.”

Facebook / Nicholas John Borg Bonaci

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI