“Grazzi Talli Għal Ħafna Drabi Int Iċċaħħadt Mill-Flus Tiegħek U Flok Xtrajt Xi Ħaġa Għalik, Għintni” – Bjorn F’Ras Ir-Randan

Ħafna jitkellmu fuq is-sagrifiċċju li wieħed jagħmel tul ir-Randan iżda Bjorn ilbieraħ, proprju f’jum Ras ir-Randan iħares lejn minn lenti differenti.

Hu jaqsam ritratt ta’ meta kien żgħir, “Hawn meta kont żgħir! Minjaf kemm bħal-lum, ommi kienet tħeġġiġni biex ma nikolx ħelu u nagħmel sagriffiċju. Kienet tkun diffiċli għalija biex nifhem! F’ras ir-Randan u ‘l bqija tal-jiem ħafna nsara jiċċaħdu minn ħaġa li jħobbu. B’hekk nawgura lil ħafna nsara f’dan il-jum.”

Hu jżid, “Grazzi talli għal ħafna drabi int iċċaħħadt mill-flus tiegħek u flok xtrajt xi ħaġa għalik, għintni. Dak sagrifiċċju! Nassigurakom li kull pazzjent f’Dar Bjorn japprezza l-ġest tiegħek, u issa dalwaqt aktar pazjenti ser ikunu qed jirringrazzjawk meta titlesta t-𝟐 dar. Qas temmen li għamilna kollox f’𝟔 snin.”

Bjorn mill-ġdid jaqsam in-numri biex inthom tkomplu tgħinuh bid-donazzjonijiet tagħkom.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI