“Grazzi talli għamilt differenza,” ġie miktub fuq il-paġna ta’ Caritas Malta fuq Facebook. Dan wara li nġabru €668,280 waqt il-Maratona ta’ Mħabba, li kienet bil-għan li tagħmel ġbir ta’ fondi għall-organizzazzjoni.
Il-maratona seħħet ilbieraħ 14 ta’ Novembru minn nofsinhar sa nofsillejl u xxandret fuq l-istazzjonijiet lokali kollha, bi skop li l-organizzazzjoni tkompli tgħin lill-persuni fil-bżonn biex joħorġu mill-vizzju tad-droga.
Facebook/Caritas Malta