Illum tiċċelebra għeluq sninha l-attriċi Doreen Cini, li tiġi omm il-kantant, kompożitur u produttur lokali Dominic Cini. Lil Doreen żgur li ħafna jiftakruha fil-parti ta’ Joyce, fis-sensiela popolari Simpatiċi, fejn kienet l-assistenza u ħabiba ta’ Dora. Parti li kienet maħduma minn Frida Cauchi.
F’dan il-jum għażiż, Dominic kitbilha messaġġ sabiex jawguralha f’dan il-jum. Hu jiktbilha, “Happy birthday ma. Grazzi talli rabbejtni trobbija tajba għax bil-ħila tiegħek u ta missieri wasalt fejn wasalt illum. Inħobbok ma.”
F’isem it-tim ta’ Gwida.mt, nawguraw lil Doreen l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollha jum mimli b’dak kollu li tixtieq qalbha, nawgurawlha sena pożittiva b’ħafna saħħa, hena u kuntentizza. Awguri mill-qalb.