"Grazzi Talli Tajtni L-Kuraġġ Biex Inkompli Għaddejja U Biex Ma Naqtax Qalbi" – Michela Galea Lill-Għażiż Missierha

Illum, missier Michela Galea, li hu wkoll mużiċist u kantant lokali jiċċelebra għeluq sninu. F’dan il-jum speċjali Michela ma setgħetx ma tħallilux messaġġ ħelu, b’erba’ kelmiet mill-qalb.

Hi kitbet, “Huwa għeluq sninek illum missier, u nixtieq nirringrazzjak tal-imħabba bla kundizzjoni tiegħek! Grazzi talli tgħallimni kollox dwar il-moralità, tnissel fija l-valuri t-tajba, u tberikni bit-trobbija tiegħek.”

Hi tkompli l-messaġġ tagħha billi tgħidlu, “Grazzi talli tajtni l-kuraġġ biex inkompli għaddejja u biex ma naqtax qalbi mill-ħolm tiegħi. Dejjem nibqa’ t-tifla ċkejkna tiegħek tkun xi tkun l-età. Dejjem inħobbok u nibqa’ maġenbek.”





Facebook / Michela Galea



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI