“Grazzi Talli Tissapportjaw Dak Li Jseħħ Fid-Dinja Mqarba Ta’ FIXFIXOW” – Ronald Briffa

Il-preżentatur lokali Ronald Briffa kiteb messaġġ ta’ apprezzament u kburija għall-programm tant għal qalbu FIXFIXOW.

Hu spjega, “Din post bla ħafna fixfixo, dwar FIXFIXOW. F’Ottubru li għadda wellidna proġett li żewweġ il-kummiedja kontemporanja Maltija mas-satira fuq TVM. Programm immirat għal seconda serata u li allura ta lok ta’ ftit iktar imqarbezza. Il-proġett laqqa atturi komiċi ma’ ħassieba, awturi ma’ mużiċisti u diretturi mid-dinja artistika biex inħoloq prodott immirat li jiddeverti, jinki u jtaffi ftit mit-toqol li kapaċi toffri ġimgħa xogħol. Kull min kien involut kien jemmen li l-biċċa xogħol kapaċi taħdem. Mur għidilna li fuq l-għajta tan-nies, minn programm ta’ seconda serata, kellna nimxu għal primetime nhar ta’ Ħadd. Konna sorpriżi ħafna aktar meta fi spazju ta’ ftit ġimgħat FIXFIXOW spiċċa il-primetime show l-iktar segwit minn fost l-istazzjonjiet kollha (Ibbażat fuq id-data uffiċjali li tinħareġ).”



Żied jgħid, “Qed nikteb dan (f’post rari ħafna għalija) mhux biex indoqqu t-trombi. Imma għax dan kollu fih sinifikat sabih; li l-Maltin jiċċajtaw u jaċċettaw iċ-ċajt, li hemm lok għal satira fuq it-TV u li doża ta’ ċajt fost ħafna serjeta u dibattiti ma tagħmilx ħażin. Grazzi talli tissapportjaw dak li jseħħ fid-dinja mqarba ta’ FIXFIXOW. Lill-TVM, grazzi talli tafdawna u tagħtu lok għas-satira fuq kulħadd. Lill-atturi u awturi bravi li jiena grat wisq li mdawwar bihom….PROSIT KBIRA!”





Ritratti:

Facebook / Ronald Briffa

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI