Il-grupp F.A.I.T.H sar popolari wara li dawn il-ħames kantanti bravissimi ingħaqdu waqt li kienu qed jipparteċipaw fuq X Factor Malta.
Illum il-membri ta’ dan il-grupp qed jiċċelebraw it-tieni anniversarju tagħhom. Huma tefgħu post fuq il-paġna tagħhom fejn irringrazzjaw lis-segwaċi tagħhom tas-sapport li tawhom tul il-vjaġġ tagħhom. “Intkom tfissru d-dinja għalina. Inwiegħdukom li qed naħdmu għal aktar mużika.”
View this post on Instagram
Nawguraw lil F.A.I.T.H għal karriera mill-aqwa u għal aktar suċċess fil-mużika.