Fil-Knisja taż-Żebbuġ ġew imħabbra nomini ġodda li huma marbuta ma’ diversi ministeri fil-ħajja tal-Knisja ġewwa Għawdex.
Din il-parroċċa laqgħet lil Dun Krystof Buttigieg li ġie maħtur bħala Vigarju Parrokjali fl-istess Parroċċa.
Sellmet u rringrazzjat ukoll lill-Kan. Geoffrey George Attard li serva bħala kollaboratur f’din il-parroċċa għal dawn l-aħħar 13-il sena. Issa dan ġie maħtur bħala Kollaboratur fil-Parroċċa tal-Qalb ta’ Ġesù ġewwa l-Fontana.
Żebbuġ Gozo Parish