“Grazzja Minn Alla!” – L-Aħwa Li Tlieta Minnhom Saru Qassisin U L-Oħra Saret Soru

Erba’ aħwa li tlieta minnhom saru qassisin filwaqt li l-oħra saret soru saħqu li għalihom din hija “grazzja minn Alla” u sostnew li jemmnu li kienet proprju l-importanza li l-ġenituri tagħhom dejjem taw lejn ir-reliġjon Kristjan li wassalhom sabiex jieħdu din id-deċiżjoni f’ħajjithom.

L-erba’ aħwa jsemmu li meta kienu għadhom żgħar ommhom u missierhom ta’ kuljum kienu jinsistu magħhom li għandhom jitolbu b’mod regolari u jfittxu li jsaħħu l-għarfien reliġjuż tagħhom.

Filwaqt li t-tlett qassisin ġew ordnati saċerdoti fl-2020, fl-2021 u fl-2025, kien biss f’Awwissu li għadda li oħthom saret soru hekk kif bdiet tiffurma parti minn għaqda ta’ sorijiet Dumnikani.







Ritratti:

Facebook / Fear Not

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI