Grupp Ta’ 16-il Żeffiena U Parteċipanti Se Jivvjaġġaw Lejn Banja Biex Jirrappreżentaw Il-Gżira Tagħna.

Team Netta

Team Netta ġie mistieden uffiċjalment biex jirrappreżenta lil Nadur, Għawdex u lil Malta fil-Vrnjački Karneval 2026 internazzjonali, li se jsir bejn it-12 u d-19 ta’ Lulju 2026 f’Vrnjačka Banja, is-Serbja.

Il-parata internazzjonali se ssir fit-18 ta’ Lulju. Dan il-karnival prestiġjuż jifforma parti mill-programm tal-Federazzjoni tal-Bliet Ewropej tal-Karnival (FECC) u jilqa’ parteċipanti minn madwar l-Ewropa u lil hinn.



Grupp ta’ 16-il żeffiena u parteċipant, diretti u mmexxija minn Annette Portelli Said, se jivvjaġġaw lejn Banja biex jirrappreżentaw il-gżira tagħna.



It-tim jgħid, “Aħna onorati li nġorru l-ispirtu tal-karnival ta’ Malta lil hinn minn xtutna u nirrappreżentaw lil Nadur, Għawdex u Malta fuq livell internazzjonali. Huwa mument ta’ kburija mhux biss għat-tim tagħna, iżda għall-Karnival ta’ Nadur u Għawdex kollu kemm hu.”

Nawgurawlhom kull suċċess!



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI