Grupp Ta’ 239 Xjentist Jitolbu Lill-Għaqda Dinjija Tas-Saħħa Tammetti Li L-Coronavirus Hu Airborne

Grupp ta’ xjentisti qed jisħqu li l-Coronavirus jista’ jdum fl-arja ta’ ġewwa u jinfetta lin-nies. Is-sejba saret minn 239 xjentist minn 32 pajjiż differenti madwar id-dinja. Minħabba dan huma qed iħeġġu lill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa biex tirrevedi r-rakkomandazzjonijiet tagħha iżda l-esperti tal-għaqda mhumiex konvinti u jgħidu li m’hemmx evidenza biżżejjed.

Il-WHO sostniet li l-virus jinfirex permezz ta’ qtar, dan jimxi minn persuna għal oħra permezz ta’ qtar żgħir mill-imnieħer jew mill-ħalq, li joħorġu meta persuna bil-Covid-19 ikollha s-sogħla, tgħatas jew titkellem. Hemm dibattitu dwar jekk ikunx hemm biżżejjed partikuli virali li jistgħu jgħixu fl-arja biex jinfettaw nies li jieħdu n-nifs ftit sigħat wara. Jekk dan hu minnu, possibilità biex jinqered dan il-virus hi li jintuża d-dawl ultraviolet biex joqtol frak żgħir u infettat.

Nistennew li jsiru aktar studji dwar dan u jekk ikun hemm xi tibdil, l-awtoritajiet tas-saħħa malajr jagħmlu l-avviżi tagħhom.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI