"Żgur Li Hija Ħolma Li Għadni Ma Nistax Nemmen Li Saret Reali" – Claudio Teuma Castelletti Minn Kantera

Fl-aħħar jiem sar kunċert li tant fisser għall-artisti Maltin, uħud minn dawk li sofrew fuq li sofrew waqt il-pandemija, minħabba li xogħolhom waqaf ħesrem – Malta Rock. Fost l-artisti li pparteċipaw f’dan il-kunċert kien hemm il-grupp Malti Kantera, li f’Marzu li għadda klassifika fit-tielet post waqt Mużika Mużika bil-kanzunetta L-Ewwel Jien

Fil-fatt Claudio Teuma Castelletti li huwa l-kantant ewlieni tal-grupp qasam fuq il-profil tiegħu l-emozzjonijiet li ħass waqt il-prestazzjoni ta’ Kantera f’Malta Rock. 

Żgur li hija ħolma li għadni ma nistax nemmen li saret rejali li nkanta fuq l-palk tal-fosos. Grazzi għal darba oħra lit team kollu u lil kull min għen biex din s-serata tkun ta suċċess”





Minn qalbna nawguraw lil dan il-grupp għal aktar suċċessi fil-karriera tiegħu! Sadanittant tistgħu terġgħu tisimgħu l-kanzunetta tagħhom L-Ewwel Jien hawn taħt.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI