“Ġurnata Speċjali Mimlija Mħabba” – Ritienne Azzopardi Tirringrazzja Lil Dawk Li Awgurawlha F’Għeluq Sninha

Il-kantanta lokali Ritienne Azzopardi lbieraħ iċċelebrat għeluq sninha, u għal din l-okkażjoni speċjali kienet imdawra b’ħafna mħabba u messaġġi sbieħ mingħand is-segwaċi u dawk qrib tagħha.

Fi tmiem il-ġurnata, Ritienne ħadet il-ħin biex taqsam messaġġ emozzjonanti fuq il-midja soċjali tagħha, fejn irringrazzjat lil kull min bagħtilha awgurju. Hija esprimiet kemm kienet milquta minn kull messaġġ, telefonata u kliem sabiħ li rċeviet tul il-ġurnata.



“Meta l-ġurnata waslet fi tmiemha, irrid ngħid grazzi mill-qalb lil kulħadd li awgurali. Kull messaġġ u kelma tassew messuli qalbi,” kitbet il-kantanta, filwaqt li żiedet kemm tħossha xxurtjata li hi mdawra b’nies daqshekk sbieħ.



Ritienne temmet il-messaġġ tagħha billi bagħtet lura ħafna mħabba lil kull min ħaseb fiha f’din il-ġurnata speċjali, u saħqet li dawn il-ġesti għamlu għeluq sninha wieħed tassew memorabbli.



Ritratti:

Facebook / Ritienne Azzopardi

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI