Ġuvni Malti Se Jkun L-Għira Ta' Malta – Irnexxielu Jispiċċa Fuq Ellen!

Ryan Calleja, mhux l-ewwel darba li ġibnieh fuq is-sit tagħna ta’ Gwida.mt. Tul il-pandemija tal-Covid, Ryan kien beda filmati għat-tfal żgħar. Dawk li jsegwuh fuq il-midja soċjali jafu wkoll li hu tassew avventuruż u jħobb iżur diversi postijiet u bajjiet li aħna stess ma nafux bihom.





Barra minn dan kollu, Ryan għandu ħabta jiltaqa’ ma’ ċelebritajiet minn madwar id-dinja li jkunu f’pajjiżna. Iltaqa’ ma’ Jason Derulo, Joe Jonas, DNCE fost ħafna oħrajn. Is-sit lokali Bay irrapporta li l-ġuvni ta’ 25 sena ħa jkun l-ewwel Malti li ħa jkun fuq il-programm popolari ta’ Ellen Degeneres, Ellen.



Ryan stqarr ma’ BAY li huwa marbut bis-segretezza sakemm jixxandar l-episodju iżda kien jinsab eċitat ħafna meta sema’ mingħand it-tim tal-produzzjoni ta’ dan il-programm televiżiv li tista’ tgħid magħruf sew fuq skala internazzjonali.

Nimmaġinaw li Ryan illum jinsab fis-seba’ sema!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI