Żjara sabiħa u ta’ ispirazzjoni saret lis-Sindku ta’ Marsaskala Mario Calleja, meta ltaqa’ ma’ ġuvnott Skaliż li diġà qed jagħmel differenza fil-komunità.
Il-ġuvnott, bl-isem ta’ Neil Demarco, ħoloq il-ktejjeb bil-Malti “Ispirazzjoni – Ġabra ta’ Stejjer ta’ Kuraġġ”, li jiġbor fih stejjer ta’ individwi li għaddew minn tbatija jew sfidi relatati ma’ kundizzjonijiet differenti fil-ħajja tagħhom.Dan il-ktieb mhux biss jiġbor stejjer li jolqtu l-qalb, iżda jservi wkoll bħala messaġġ ta’ kuraġġ u tama għal dawk li qed jiffaċċjaw diffikultajiet simili.
Is-Sindku Calleja ddeskriva lil Neil bħala “ġuvnott bravu u ta’ ispirazzjoni liema bħala”, u faħħar l-inizjattiva tiegħu li permezz ta’ kitba qed iqajjem aktar għarfien dwar it-tbatija li jgħaddu minnha diversi persuni.
Aktar minn hekk, il-ktieb għandu wkoll skop ta’ solidarjetà. Il-qliegħ kollu mill-bejgħ tiegħu se jkun qed imur b’risq Puttinu Cares, organizzazzjoni Maltija li kontinwament tgħin familji u pazjenti li jkollhom bżonn kura barra minn Malta.
Facebook/ Mario Calleja