Gwen, iċ-ċkejkna li dan l-aħħar iddeċidiet li tiffoka aktar fuq it-tisjir. Konna ġibna artiklu fuqha meta kienet se ssajjar għall-familja kollha. Issa ħa toħroġ ktieb, ktieb li “Gwen ta’ tmien snin ilha tipprepara riċetta ta’ kuljum fuq il-paġna tagħha minn meta għalqet l-iskola.”
Il-paġna ta’ Puttinu Cares ħabbret li “illum hi se tniedi l-ktieb tar-riċetti l-ġdid tagħha u ddeċidiet li Ewro minn kull ktieb mibjugħ se jingħata lil Puttinu Cares. Biex tordna l-ktieb kulma trid tagħmel hu li tibgħat messaġġ privat fuq il-Gwen’s Cooking Club u jikkordinaw il-wasla tal-ktiebt b’xejn.”
Prosit Gwen ta’ din l-inizjattiva! Nittamaw li tbigħ ħafna u ħafna kotba!
Facebook / Gwen’s Cooking Club