Gwida.mt Tkompli Tiddomina B’Aktar Minn 29 Miljun View Fix-Xahar

Gwida.mt, il-portal numru wieħed tal-entertainment f’Malta, laħqet rekord ġdid ta’ aktar minn 29.3 miljun view fix-xahar fuq il-portal u l-midja soċjali tagħha. B’dan ir-riżultat, l-Gwida tkompli tiddomina l-midja soċjali f’pajjiżna u ġiet ikkonfermata bħala wieħed mill-aktar online portals segwiti f’Malta.

View this post on Instagram

A post shared by Gwida.mt (@gwida.mt)

Matul dawn is-60 sena, Gwida għaddiet minn tibdil estensiv, minn rivista li kienet daħlet f’qalb in-nies għal dak li llum hu l-akbar portal tad-divertiment online f’Malta. Illum, il-firxa tagħha hija enormi – mill-aħħar aħbarijiet fid-dinja tal-ispettaklu, intervisti ma’ personalitajiet differenti, sa stejjer trending u stejjer dwar l-istil ta’ ħajja li wieħed jgħix.

Iċ-ċifri jgħidu kollox: aktar minn 351 miljun view fi sena, komunità ta’ aktar minn 114,000 segwaċi fuq il-midja soċjali, u l-podcast Kellymni ta’ Melanie Kelly li jaqbeż 200,000 view kull episodju.

“Is-suċċess ta’ Gwida.mt hu dovut għall-kontenut li jattira l-massa, il-familjarità tiegħu u l-ħila li nibqgħu dejjem inħossu l-polz ta’ dak li jinteressa lill-Maltin,” qal Emil Calleja Bayliss, Editur ta’ Gwida.mt. “Hloqna portal li sar parti integrali mill-hajja ta’ kuljum tan-nies.”

Dan kollu jagħmel parti minn kisba rekord ta’ Content House, li llum għandha aktar minn 70 miljun view fix-xahar fuq is-siti u l-mezzi tal-midja soċjali tagħha kollha – l-akbar dar tal-midja diġitali indipendenti f’Malta.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI