Skont il-paġna Gerald Fenech Covid19 News Updates, li aktar ma jmur aktar qed tikber u żżid fil-popolarità illum mhux mistennija jkollna każijiet pożittivi. Dawn jawgura tajjeb, l-indikazzjoni hi li l-15-il każ attiv ġo pajjiżna ħa jinżel l-isfel ukoll.
Għadu mhux magħruf kemm jidher li hemm każijiet ta’ fejqan imma dan jitħabbar b’mod uffiċjali mill-paġna Saħħa li ta’ kuljum qed iżomm lill-Maltin u Għawdxin aġġornati bl-aħħar żviluppi. Tajjeb li ngħidu li wara ġimgħa b’riżultati daqstant pożittivi fejn kellna bosta jiem fejn ma nstabu ebda każijiet, ir-rata ta’ trasmissjoni niżlet għal 0.4.
Dan ifisser li ħames persuna jgħaddu l-virus lil persuna waħda. Nittamaw li n-numru ta’ każijiet attivi jibqa’ jonqos u ma narawx qabża fil-każijiet tal-Covid-19, kif raw numru ta’ pajjiżi wara li fetħu l-ajruporti tagħhom.