“Ħadt Gost Nara T-tfal Fiż-Żurrieq Jgħinu Biex Ikollna Ambjent Aħjar.” – Il-Ministru Miriam Dalli

Miriam Dalli

Il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir, Miriam Dalli, kitbet dwar attività li saret fiż-Żurrieq fejn taw kontribut kbir saħansitra t-tfal ukoll.

“Ħadt gost nara t-tfal fiż-Żurrieq jgħinu biex ikollna ambjent aħjar. Grazzi għall-inizjattiva tat-tfal u żgħażagħ li jagħmlu parti mill-Kummissjoni Tfal Palmisti tas-Soċjeta Mużikali Santa Katarina V.M. u pjanti provduti minn Project Green, tħawwlu numru ta’ arbuxelli fiż-#Żurrieq.”

Miriam tkompli, “Nieħu gost li nappoġġjaw dawn it-tip ta’ inizjattivi.” Qasmet anke ritratt meħud waqt din l-istess inizjattiva li tat iċ-ċans lit-tfal jagħtu kontribut.







Ritratti:

Facebook/ Miriam Dalli

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI