Kif għadna aktar kmieni llum, illum hu l-jum iddedikat lejn l-għarfien dwar is-suwiċidju. Numru ta’ personalitajiet qed jitkellmu proprju dwar dan u waħda li għamlet dan kienet Claudia Faniello.
Claudia tibda billi tgħid, “‘Kif int?’ Kemm il-darba jien staqsejt u kemm il-darba rrispondejt, ħafna drabi kont onestà imma ħafna drabi ukoll gdibt u għidt li nħossni tajba. Għaldaqstant jien din il-post qiegħda niddedika għalija nnifsi ukoll, ejja nagħmlu kuraġġ u ma nistaqsux lil xi ħadd kif inhu mingħajr ma nieħdu r-responsabbiltà għal risposta sinċiera u ejja nagħmlu kuraġġ ma nirrispondux lura bil-biża’ li ħadd mhu se jisma’ dak li vera qegħdin inħossu.”
Claudia ttemm tgħid, “Int kif int?… Jien inħossni tajba li qiegħda ngħid dal-kelmtejn veri hawn. Inti kif int? Tibżax titkellem! M’intix waħdek.”
Facebook / Claudia Faniello