“Ħafna Drabi Naraw Biss Ir-Riżultat Finali Imma Wara Kull Dehra Hemm Ħin, Spejjeż U Xogħol Li Jrid Ħafna Paċenzja” – Henry Galea

Henry Galea jtella’ dan il-kumment mill-pjattaforma soċjali tiegħu.

“Qabel ma ntella’ xi kontenut ieħor tal-Grinch, ridt naqsam dan… 

Il-pittura ta’ dan il- “lederhosen” waħedha ħaditli kważi 12-il siegħa non-stop… U dan mhux qed inqis is-sigħat kollha ta’ xogħol u mħabba li omm ta’ ħabiba tiegħi tat biex tinħadem kompletament mill-bidu apposta għalija. 

Ħafna drabi naraw biss ir-riżultat finali… imma wara kull dehra hemm ħin, spejjeż, u xogħol li jrid ħafna paċenzja.

Nagħmel dan għax inħobbu u għax irrid noħloq mumenti sbieħ għal kulħadd…Imma hu importanti li nifhmu li dawn il-kostumi mhumiex logħob.

Li tiġbed, tmiss mingħajr ma tistaqsi, jew tħalli lit-tfal jagħmlu li jridu… jista’ jeqred sigħat ta’ xogħol f’sekondi.

Ftit rispett jagħmel differenza kbira.

U din il-ġimgħa… stennew ħafna kontenut tal-Grinch 

Grazzi.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI