Ħafna Jsellmu L-Memorja Għażiża Ta’ Mark Martin Li Għadda Għall-Ħajja Ta’ Dejjem

Ilbieraħ filgħaxija fuq il-mezzi soċjali tħabbret il-mewt ta’ Mark Martin. Persuna li kellu l-attività fiżika għal qalbu mmens u jidher li kien maħbub minn bosta. Xhieda ta’ dan kien in-numru ta’ posts ta’ ħbieb li wrew sogħba għat-telfa tiegħu.

F’post fuq il-midja soċjali Team STAZI Boxing Fitness Club jiktbu, “Il-familja tagħna tal-gym tilfet lil xi ħadd speċjali ħafna llum. Mark Martin kien persuna li jirrispetta lil kulħadd, dejjem bi tbissima, u kien ittejjeb l-ispazju tagħna bil-preżenza tiegħu. In-nuqqas tal-preżenza tiegħu se tinħass ħafna… iżjed milli jistgħu jesprimu l-kliem.”



Huma jtemmu, “Nibagħtu saħħa u faraġ lill-familja tiegħu u lill-għarusa tiegħu Lisa f’dan il-mument diffiċli. Strieħ fis-sliem għażiż Mark. Tlaqtna kmieni wisq, imma qatt ma ninsewk.” F’isem it-tim ta’ Gwida, nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familja, qraba u ħbieb tiegħu.



Ninsabu ċerti li t-telfa tiegħu se tinħass ħafna. Kompli ħares lil dawk għeżież għalik. Strieħ fil-paċi.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI