Jidher li numru ta’ nies urew it-tħassib tagħhom dwar ir-rapporti li saru li numru ta’ passiġiera qed jitilgħu fuq il-vapur ta’ Għawdex mingħajr maskri. Il-Gozo Channel Operations Limitied iddeċidiet li toħroġ post fuq il-mezzi soċjali tagħha biex tfakkar il-pożizzjoni tagħha dwar dan il-punt.
Huma kitbu, “Il-kumpanija Gozo Channel Operations Limited tixtieq tfakkar lill-pubbliku ġenerali li l-ilbies tal-maskri hu obligatorju, kemm fit-terminals, kif ukoll fuq il-vapuri kollha.” Hekk issa kulħadd jaf li dawn għandhom jintlibsu.
Wieħed jistenna li l-Gozo Channel tkun qed tenforza dan tul il-jiem li ġejjin. Gwida.mt kien f’kuntatt ma’ diversi persuni li qasmu l-fliegu fejn qalulna li ħadd ma beda jara jekk in-nies li qed jitilgħu fuq il-vapur hux qed ikollhom maskri jew le.
Dan jidher ċar fin-numru ta’ kummenti li hemm fuq il-post li xeħtu huma stess. Issa li l-pożizzjoni hija ċara, nistennew xi tip ta’ infurzar.