Ħafna Toroq Madwar Malta Se Jkunu Magħluqin Il-Ġimgħa D-Dieħla Minħabba L-Maratona Ta’ La Valette

Il-ġimgħa d-dieħla, eżattament nhar il-Ħadd 22 ta’ Marzu, bosta toroq madwar Malta fis-sigħat ta’ filgħodu se jkunu qed jingħalqu għal xi sigħat hekk kif eluf ta’ atleti u dilettanti se jkunu qed jipparteċipaw fil-maratona ta’ La Valette.

Fost it-toroq li se jkunu qed jingħalqu għal xi ħin minħabba din il-maratona hemm Triq it-Torri f’Tas-Sliema kif ukoll Triq l-Assedju l-Kbir fil-Belt Valletta.

Hu proprju għalhekk li l-awtoritajiet qed iħeġġu lill-pubbliku sabiex jippjana minn qabel jekk se jkun qed jgħaddi minn dawn it-toroq.

Dawn huma t-toroq u l-ħinijiet li fihom se jkunu magħluqin:



  • Triq it-Torri f’Tas-Sliema mill-5:00 sal-10:00
  • Triq San Pawl il-Baħar f’San Pawl il-Baħar – mill-4:00 sas-7:00
  • Triq il-Creche f’Tas-Sliema – mill-5:00 sat-8:30
  • Triq l-Assedju l-Kbir fil-Belt Valletta
  • Il-Moll tal-Barriera fil-Belt Valletta – mill-4:30 sal-10:30
  • Triq ix-Xatt Juan B. Azopardo fl-Isla – mis-6:00 sal-11:30

Xerrdu dan l-appell!





Ritratti:

Facebook / Visit Malta u Google Maps

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI