Kyle Attard, li rajnieh waqt l-ewwel staġun ta’ Big Brother Malta sena ilu, ħabbar pass sabiħ ieħor fir-relazzjoni tiegħu. Dan hekk kif hu u l-imħabba ta’ ħajtu ħadu l-għerusija f’Lejlet il-Milied.
“L-2025 kienet sena mimlija sorpriżi u esperjenzi ġodda, bl-isbaħ waħda tkun lejlet il-Milied. Ħajja mimlija memorji flimkien hi kulma nixtieq,” kiteb Kyle. Qasam diversi ritratti tagħhom flimkien għall-okkażjoni.
Awguri mill-qalb!