“Ħallejt In-Numru Tal-Mowbajl U Xorta Ġejt Ikklampjat…” – Ara Xi Ġralu Llum Dan Il-Konsulent Fl-Isptar

Aktar kmieni llum, Dr Patrick Sammut li huwa konsulent fl-Isptar Mater Dei, qal li llum kellu jagħmel użu mill-karozza tal-mara tiegħu għax-xogħol. Għalkemm il-karozza ma kellhiex permess tal-ipparkjar, Dr.Sammut ħalla nota bin-numru tiegħu biex jikkuntatjawh f’każ ta’ xi problema, però minflok il-karozza ġiet ikklampjata u wara li mar jispjegalhom li l-karozza kienet tiegħu, xorta rrifjutaw li jneħħu l-‘clamps’ u hu rrifjuta li jħallas biex jitneħħew.





Wara xi ħin jidher li l-punt ta’ Dr.Sammut femuh, il-karozza ma baqgħetx ikklampjata u ma sar l-ebda ħlas għalhekk peress li hu kellu l-permess u seta juri li hu jaħdem hemm. Hu qal li kien hemm qbil li s-sistema hemm bzonn li taħdem aħjar u tkun iktar flessibli biex ma jsirux affarijiet bħall ma ġara llum.



 

Ritratti: Facebook / Malta, News, Photos and People

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI