“Ħallejtna Ziju Alfred. Kellek Qalb Tad-Deheb U Dejjem Mimli Ħajja U Ferrieħi…” – Il-Ministru Clifton Grima

Il-Ministru Clifton Grima ħabbar fuq il-mezzi soċjali tiegħu l-mewt tal-għażiż zijuh, aħbar li qanqlet bosta messaġġi ta’ solidarjetà u sapport minn dawk li jafuh u jsegwuh.

F’messaġġ emozzjonanti, il-Ministru kiteb, “Ħallejtna Ziju Alfred. Kellek qalb tad-deheb u dejjem mimli ħajja u ferrieħi ma’ kulħadd u għalhekk żgur ma kienx ħaqqek tbatija. Ma ninsewk qatt żgur! Sakemm nerġgħu niltaqgħu Zi.” Kliem li juri l-imħabba u r-rispett kbir li kellu lejn zijuh, li jidher li kien persuna maħbuba minn kulħadd.

Il-messaġġ tal-Ministru laqat il-qlub ta’ bosta, hekk kif ħafna esprimew il-kondoljanzi tagħhom u fakkru kemm hu diffiċli li wieħed jitlef persuna għażiża, speċjalment meta din tkun magħrufa għall-ferħ u t-tjubija tagħha.

F’isem it-tim ta’ Gwida, ngħaddu l-kondoljanzi sinċieri tagħna lill-Ministru Clifton Grima u lill-familja kollha tiegħu f’dan il-mument diffiċli. Nittamaw li jsibu l-faraġ u s-saħħa li tant għandhom bżonn biex jgħaddu minn din it-telfa kbira. Strieħ fil-paċi, Alfred.







Ritratti:

Facebook / Clifton Grima

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI