Ħames Xhur Bogħod Minn Meta Ser Jgħidu S-Signor Si Cherylis U Kim

Cher u Kim

F’Novembru li għadda l-kantanti lokali Cherylis u Kim Cortis għalqu disa’ snin minn meta bdew il-vjaġġ ta’ mħabba tagħhom flimkien. April 2026, jinsabu eqreb għal dak il-jum meta ħa jagħtu kelma lil xulxin.

Ċertament li dawn huma żewġ uċuħ familjari ma’ dawk li jsegwu x-xena mużikali, lil Kimberly rajnieha bħala kantanta fil-Malta Eurovision lura fl-2016 filwaqt li lil Cherylis rajniehom f’diversi kompetizzjonijiet lokali mill-Malta Eurovision, Mużika Mużika, L-Għanja tal-Poplu u l-Konkors Kanzunetta Indipendenza tul is-snin.

Cherylis qasmet ritratt tagħhom flimkien u esprimiet kemm hi ħerqana għall-jum meta ser jgħidu s-signor si. “Dar mhix post, iżda persuna. Ħames xhur sakemm nagħtu kelma għal dejjem,” tikteb Cherylis.

Nawgurawlhom ħafna mħabba, hena, saħħa u affarijiet sbieħ!







Ritratti:

Facebook/ Cherylis Camilleri

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI