"Ħassejt Weġgħa Għax Ħsibt Li N-Nies Jafu Li La Se Nipparteċipa, Jien Maltija!" – Martha Attard

Ftit jiem ilu nqalgħet kontroversja dwar kumment minn persuna li qal li Martha Attard ‘is not Maltese breed’. Kumment li ġab stmerrija minn bosta. Il-preżentatur Mark Laurence Zammit minn Xarabank, intervista lil Martha fejn spjegat li kien hemm kummenti tajbin iżda oħrajn li ma kinux…





Martha spjegat kif fl-età ta’ 3 xhur ġiet addottata mill-Etijopja minn familja Maltija. Iżda għandha f’moħħha li żżur dan il-pajjiż u tara lill-ġenituri tagħha jekk għadhom ħajjin. Saħqet li hija ċittadina Maltija u qablet ma’ Mark li huwa kollu kliem żejjed li hi mhix Maltija.

Li kieku tiltaqa’ mal-persuna li għadda dan il-kumment fuqha, Martha qalet li kieku tgħidlu li kliemu għenha temmen fiha iżjed. Martha għaddiet ukoll messaġġ pożittiv li l-kulur ma jagħmlikx persuna iżjed jew inqas!

Martha hija mudella mal-kumpanija Modelle International ta’ Sue Rossi u hija parteċipanta fil-Miss World Malta.

Prosit tassew Martha! Kuraġġ! Nammirawk!

Ritratt: Facebook/ Martha Attard



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI