Hawn Bżonn Tad-Demm… Salva Ħajja, Agħti Demm!

Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm spiss jappella lill-pubbliku inġenerali biex jersaq u jagħti l-isbaħ rigal; id-demm. Permezz ta’ dan il-ġest tkun qed issalva ħajja. U x’hemm rigal isbaħ minn dan?!

Għada l-Ħadd 19 ta’ Lulju ser ikun hemm il-mobile blood donation unit fil-wesgħa ta’ quddiem il-Kolleġjata ta’ Marija Bambina fin-Naxxar bejn t-8:30am u s-13:00pm.





Ritratt: Customer Care at CPS-Health

Infakkruhom tieħdu l-karta tal-identità. Minħabba l-COVID-19 qed jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex ikunu protetti dawk kollha li jersqu biex jagħtu d-demm kif ukoll il-professjonisti li jassisthom.

Prosit lil dawk kollha, li l-għoti tad-demm hija parti mill-istil ta’ ħajjithom! Tibżgħux! Wara tħossukom sodisfatti mmens għax kont altruwisti!

Ritratt: Customer Care at CPS-Health



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI