Sfortunatament din is-sena Shasha tilfet waħda fost l-għeżeż persuni f’ħajjitha, ommha. Kemm-il darba kienet tiktbilha xi messaġġ f’xi okkażjoni fuq il-profil, u anke konna narawha f’diversi ritratti flimkien mal-familjari.
Kieku llum kienet tkun qed tiċċelebra għeluq sninha. Shasha tikteb messaġġ biex issellem il-memorja tagħha. “Hawn kien il-Birthday tiegħek Ma… Dan l-ewwel Birthday mhux magħna… Proteġili lill-Papà għax dak biss fadalli… iħoss wisq in-nuqqas tiegħek Ma. Inħobbok.”
Kuraġġ Shasha. Insellmu l-memorja ta’ ommha.