Sal-aħħar ta’ din is-sena hemm mal-100 miljun doża tal-vaċċin ta’ kontra l-Covid-19 li ser tkun qed tiskadi.
Jekk jiġri dan, dawn id-dożi kollha se jkunu qed jintremew u ma jiġu użati minn ħadd. Gordon Brown, li huwa l-eks Prim Ministu tar-Renju Unit, appella sabiex dawk id-dożi ma jiġux mormija u jitqassmu bejn diversi pajjiżi oħra li huma fqar.
“Għandna bżonn pjan sabiex nipprovdu l-vaċċini biex jiġu użati issa u nipprevjenu d-diżastru li jintremew għax tkun skaditilhom id-data” qal Brown.