Hemm Ċans Li L-Qniepel Ta' Ħal Qormi Jieqfu Jdoqqu Minħabba Ilment! Taqbel?

Il-Knisja kolleġġjata, arċimatriċi u arċipretali ta’ San Ġorġ Martri ta’ Ħal Qormi irċeviet ilment fuq il-qniepel! Dawn qalu li familja qed titlob li l-arloġġ tal-Knisja jitwaqqaf b’mod partikulari għall-ħin ta’ matul il-lejl bejn l-10 ta’ filigħaxija u 6 ta’ filgħodu.

Skont il-paġna tal-paroċċa, dawn qed isostnu li, “Aħna qed infittxu s-sapport ta’ bosta biex l-arloġġ li huwa parti mill-kultura tagħna ma jieqafx. Jekk jieqaf dan illum, għada jitwaqqfu affarijiet oħra (qniepen, nar, baned, etc) li mhux kulħadd japprezzahom u jħares lejhom bħala parti mill-identità u l-kultura Maltija”. Kien għalhekk li nedew petizzjoni biex “…Dak li rċievejna mingħand missirijietna nkunu nistgħu ngħadduh ukoll lill-ġenerazzjonijiet ta’ warajna”.

Din il-petizzjonni tinsab hawn: http://chng.it/Y2CWdtbvSH

Biss int taqbel li għadhom jieqfu filgħaxija?







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI